Tag Archive for 'Widnet il-bahar'

Lincoln and Rachelle

Widnet il-Baħar

Il-pjanta nazzjonali tagħna hija widnet il-baħar. Din il- pjanta tikber biss f’Malta u Għawdex fuq l-irdum.                                        

Widnet il-baħar  tħaddar is-sena kollha. Hija għandha werqa imlaħħam li għandu forma ta’ mgħarfa. Din il-pjanta twarrad bejn Mejju u Lulju. Il-fjura tagħna għanda lewn roża li jgħati fil-vjola.

Widnet il-baħar titkatar faċilment permezz tal-biċċiet għalhekk aħna nistgħu ngħinu biex din il-pjanta sabiħa u unika tal-gżejjer Maltin tkompli tħaddar madwarna.

 

widnet-il-bahar

 

 

 

 

 

Xogħol ta’ Rachelle u Lincoln